Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju flimkien mas-Seminarju u voluntiera oħra organizzaw l-Ikla ta’ San Martin. L-ikla għandha skop ta’ ġbir ta’ fondi. Din l-ikla għandha storja twila ħafna u dejjem ġiet marbuta mal-festa ta’ San Martin ta’ Tours li taħbat fil-11 ta’ Novembru. Din is-sena wkoll, kien hemm numru sabiħ ta’ nies li attendew u kellhom ix-xorti li tul l-ikla jiġu servuti mis-seminaristi. Hi tradizzjoni antika li s-seminaristi, waqt din l-ikla jagħmluha ta’ waiters. Fi tmiem l-ikla Mons. Isqof u Dun Tony Sciberras mssp raddew ħajr lil kulħadd għall-preżenza tagħhom.