Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru, is-Seminarju organizza għal darb’ oħra l-ikla annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Din hija waħda mill-ftit attivitajiet ta’ fund-raising li jagħmel is-Seminarju matul is-sena. Waqt din l-ikla, hija drawwa li s-seminaristi jservu lill-mistiedna bħala waiters. Nirringrazzjaw lid-diversi voluntiera li għenu lis-sorijiet jippreparaw l-ikel fil-kċina. Nuru l-aprezzament tagħna wkoll lil diversi ħwienet u individwi li offrew prodotti u rigali li ttellgħu waqt l-ikla. Fl-aħħar nett nirringrazzaw lin-numru sabiħ ta’ nies li għoġobhom jattendu.