News

L-Għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat

img_9859Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2016 (l-Ewwel Ħadd tal-Avvent) Mons. Isqof Mario Grech istitwixxa lis-Seminarista Joseph Hili (mill-parroċċa tax-Xagħra) bħala akkolitu.  Il-komunità tas-Seminarju flimkien mal-familjari tas-seminarista u xi nies oħrajn, inġabru għall-Quddiesa fir-Rotunda tax-Xewkija.

Mons. Isqof, waqt l-omelija, ħeġġeġ lil Joseph sabiex irawwem fih il-qawwa profetika. “Għax fejn kollox huwa dlam, il-profeta jilmaħ id-dwal; fejn kollox jidher nieżel, jara l-possibilità ta’ restawrazzjoni; meta d-desert ikompli jespandi huwa jinnota dik iż-żerriegħa tat-tajjeb qed tnibbet; fejn hemm il-ġlied u l-firda, huwa jemmen li jista jkun hemm is-sliem u l-għaqda. Għax il-profeta jara bl-għajnejn ta’ Alla”.

Wara l-omelija sar ir-rit tal-għoti tal-ministeru tal-akkolitat.  Joseph ġie mogħti l-patena bil-ħobż u l-kalċi bl-inbid.  Mil-lum ’il quddiem huwa jista’ jgħin fit-tqarbin, iwassal t-tqarbin lill-morda fi djarhom u jesponi l-Ewkaristija għall-Adorazzjoni.

Ritratti

Ritratti: Captured Memories

Share it on