News

L-Esperjenza Missjunarja fil-Gwatemala

gw 31Fil-bidu tas-sena formattiva r-rettur kien ħabbrilna li fi tmiem is-sena ta’ formazzjoni bħala komunità tas-seminarju konna se mmorru nagħmlu esperjenza ta’ missjoni fil-Gwatemala fejn hemm jagħmel ħidma missjunarja is-saċerdot Għawdxi Dun Anton Grech. Għalhekk wara li dħalna mill-vaganzi tal-Milied mill-ewwel bdejna nippreparaw attivitajiet ta’ fundraising għal dan il-għan.

Fil-21 ta’ Ġunju ta’ din is-sena flimkien morna l-Gwatemala u ġejna lura fit-12 ta’ Lulju. Fil-Gwatemala konna ngħinu f’dak kollu meħtieġ minn tikħil, għajnuna fl-għelieqi sa xogħol fil-knisja. Flimkien ma’ Dun Anton żorna diversi villaġġi li fihom joqgħodu gruppi żgħar ta’ nies. Kienu tlett ġimgħat impenjattivi iżda fl-istess ħin sbieħ għax iktar milli tajna, irċivejna.

Ritratti

Share it on