Nhar is-Sibt 14 ta’ Jannar is-saċerdoti Għawdxin inġabru fis-Seminarju għall-awgurju tal-bidu tas-sena. Mons. Isqof jieħu din l-okkażjoni biex jawgura s-sena t-tajba lis-saċerdoti kif ukoll iwassal il-messaġġ tiegħu fil-bidu tas-sena l-ġdida. Mons. Isqof tenna li s-saċerdot għandu jkun dak li jifforma il-kuxjenzi u mhux jeħdilhom posthom. Id-dixxerniment għandu jkun wieħed personali. Hu kompla jgħid li s-saċerdot għandu japplika l-arti tal-poroposta tal-verità filwaqt li jistenna b’sabar lill-penitent sabiex japplikaha. L-Isqof qara ukoll il-linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ kapitlu tmienja tal-Amoris Laetitia li ġew ippubblikati ġurnata qabel minnu u mill-Arċisqof ta’ Malta. Is-seminaristi attendew ukoll għal din l-attività.