News

L-Awgurju fil-bidu ta’ sena ġdida

New Year greetings (2)Jannar ifisser il-bidu ta’ sena ġdida.  Dan hu żmien fejn wieħed jiltaqa’ u jfisser ix-xewqat sbieħ tiegħu lil sieħbu.  Hekk seħħ is-Sibt 18 ta’ Jannar fis-Seminarju.  Is-saċerdoti, il-patrijiet u s-seminaristi Għawdxin kienu mistiedna għal laqgħa flimkien ma’ Mons. Isqof għall-qsim tal-awgurji.

Il-laqgħa bdiet b’talba ta’ radd il-ħajr lil Alla għal kull ma għamel mal-Knisja Għawdxija tul is-sena 2013.  Imbagħad, l-Arċipriet il-Kan. Tarcisio Camilleri, delegat tal-kleru f’Għawdex (fl-assenza tal-Vigarju Ġenerali, Mons. Giovanni Bosco Gauci), f’isem is-saċerdoti kollha preżenti, radd ħajr lil Mons. Isqof tal-ħidma li wettaq f’Għawdex tul is-sena 2013 u awguralu għas-sena l-ġdida. Huwa ħabbar ukoll xi attivitajiet li se jsiru fiż-żmien li ġej għas-saċerdoti.

Mons. Isqof Mario Grech, min-naħa tiegħu, għamel il-messaġġ tal-okkażjoni. Huwa tkellem dwar ir-realta’ tal-Knisja li dejjem qiegħdha ssir aktar minoranza anke f’pajjiżna. Huwa semma li l-Knisja m’għadx għandha xi katedra prinċipali imma saret waħda minn ħafna vuċijiet.

Imma f’din iċ-ċirkustanza l-Knisja ma’ għandiex taqta qalbha, imma pjuttost li ssib il-qawwa tagħha fl-Ispirtu s-Santu sabiex toħroġ u twassal l-messaġġ tagħha. Ma għandiex tibża mis-sorpriżi li magħhom tista tiltqa’, imma għandha tkun miftuħa għall-esperjenzi ġodda, għax permezz ta dawn Alla jista’ jinqeda sabiex minn żerriegħa żgħira tal-mustarda jkabbar il-fidi fost il-poplu tiegħu.

Niżżel id-diskors tal-Isqof Mario Grech

Fi tmiem il-laqgħa kien hemm mumenti fejn is-saċerdoti setgħu jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom u  kien hemm xi refreshments tal-okkażjoni.

Ritratti

Share it on