News

L-Attività tal-Milied

DSCF0924Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru l-abbatini u l-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet ġew mistiedna jiġu s-Seminarju għall-attività tal-Milied, li tiġi organizzata kull sena għalihom mis-seminaristi.  Din is-sena wkoll, grupp sabiħ ta’ tfal attendew għal din l-attività.

Fil-bidu saret laqgħa tal-okkażjoni fis-sala tas-Seminarju, immexxiha mis-Seminarista Joseph Attard.  Wara dawk preżenti ġew imqassma fi tliet gruppi: tal-primarja, tal-forms 1-2 u tal-forms 3 ’il fuq.  Is-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw xi logħob għal kull grupp.

Fi tmiem l-attività Mons. Isqof żar lil kull grupp ta’ tfal u wrihom l-apprezzament tiegħu għas-servizz li b’mod assidwu huma jwettqu fil-knejjes parrokkjali u fil-kappelli li hawn imxerrda madwar Għawdex.  Awguralhom l-isbaħ xewqat għall-Milied u f’isem is-seminaristi ppreżentalhom ir-rigal tal-Milied.

Is-seminaristi ħejjew kalendarju biex jitqassam bħala rigal lil dawk preżenti.  It-tema ta’ dan il-kalendarju huma l-personaġġi bibliċi tat-Testment il-Qadim.  Għal kull xahar hemm tpinġija ta’ ġrajja mill-ħajja ta’ xi personaġġ bibliku.  Takkompanjaha hemm deskrizzjoni qasira tal-ħajja tal-istess personaġġ.

Ritratti

 

 

Share it on