News

L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca jmur lura f’Dar il-Missier tas-Sema

Exchanging gifts 1Il-komunità tas-Seminarju miġbura waqt l-irtir tagħha tingħaqad fit-talb b’suffraġju għar-ruħ tal-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca, iben id-Djoċesi ta’ Għawdex.

Mons. Ġużeppi Mercieca twieled fil-Belt Victoria, fil-11 ta’ Novembru 1928. Studja fis-Seminarju ta’ Għawdex, u ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Marzu 1952. Kien għalliem fit-Teoloġija u l-Liġi Kanonika fis-Seminarju ta’ Għawdex, fejn mill-1958 sal-1969 kien ukoll Rettur. Mons. Mercieca ġie ordnat Isqof fid-29 ta’ Settembru 1974 u nnominat Arċisqof ta’ Malta fid-29 ta’ Novembru 1976. Huwa rtira minn Arċisqof fit-2 ta’ Diċembru 2006.

Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem ħalli jidħol jiċċelebra l-liturġija tas-Sema.

Share it on