News

L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fis-Seminarju

Fl-Okkażjoni tas-sittin sena anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca għamel żjara lid-Djoċesi ta’ Għawdex li fiha trabba, studja u ġie ordnat.  Nhar il-21 ta’ April, huwa żar is-seminarju tagħna, fejn hu kien student u anke rettur.  Hu qasam magħna l-esperjenza tiegħu u ħeġġiġna nafdaw dejjem fil-Mulej, u nżommu r-relazzjoni tagħna miegħu ’l fuq minn kull ħaġa oħra.  Wara li tlabna t-talb ta’ nofs il-jum flimkien miegħu, hu kien mistieden għall-pranzu.  Filgħaxija, imbagħad, ħadna sehem fil-pontifikal li sar fl-istess okkażjoni fil-Katidral tal-Assunta.

Ritratti

Share it on