News

Kunċert, Wirja u Open Week fis-Seminarju tagħna

ddBħala parti mill-attivitajiet tal-150 sena seminarju, nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru ġie mtella’ il-Kunċert Sur Sum Corda fis-sala tas-Seminarju. Tul dan il-kunċert mill-Cordia String Quartet b’diversi silitiet mużikali b’tema vokazzjonali u anke tal-Milied, ġie mniedi l-ktieb The Sacred Heart Smienary – The Heart of Gozo. miktub minn Mons. Joseph Bezzina dwar l-istorja tas-seminarju.

L-għada l-Ħadd 4 ta’ Diċembru filgħaxija, Mons. Isqof inawgura wirja kommemorattiva li magħha kien hemm abbinata wkoll open week għall-pubbliku. Fil-wirja kien hemm esposti diversi dokumenti u oġġetti marbuta mat-twaqqif u l-ħajja tas-seminarju. Wara l-wirja, wieħed seta’ wkoll iżur l-imkejjen fejn is-seminaristi jgħixu u jqattgħu l-parti l-kbira tal-ġurnata. L-open week ġiet fi tmiemha l-Ħadd 11 ta’ Diċembru.

Ritratti

Share it on