Bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ġimgħa 30 ta’ Mejju f’Malta kien hawn żjara minn Patri Raniero Cantalamessa OFM Cap, li huwa l-predikatur tal-Papa, li mexxa konferenzi għall-kleru, għar-re;iġjużi, għall-persuni kkonsagrati, kif ukoll għal-lajċi impenjati fil-pastorali. Huwa mexxa wkoll irtir għar-reliġjużi
Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, propju fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu, huwa żar Għawdex fejn mexxa konferenza fis-sala tas-Seminarju Maġġuri bit-tema magħżula tkun: Inxandru l-Evanġelju bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Għal din il-konferenza, li kien hemm ukoll preżenti għaliha in-Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons Aldo Cavalli u l-Isqof ta’ Għawdex l-E.T. Mons Mario Grech, kienet miftuħa għall-kleru, għar-reliġjużi rġiel u nisa, kif ukoll għall-operaturi pastorali.
Il-konferenza bdiet b’introduzzjoni minn Patri Hayden Williams OFM Cap. Fi tmiem il-konferenza Mons Isqof għamel intervent waqt li in-Nunzju ta l-barka. Fi tmiem il-konferenza kien hemm xi refreshments għal dawk preżenti.
Aktar tard Patri Raniero flimkien man-nunzju u l-isqof kienu mistiedna għaċ-ċena fis-Seminarju.