News

Konferenza mill-Kardinal Gianfranco Ravasi

IMG_3260Il-komunità tas-Seminarju nhar it-Tlieta 24 ta’ Jannar attendiet għall-konferenza li saret mill-Kardinal Gianfranco Ravasi bil-titlu It-Tempju u l-Pjazza – Twemmin, kultura u soċjetà. Din it-taħdita kienet organizzata mill-Patrijiet Agostinjani f’Malta li qegħdin jiċċelebraw il-200 sena minn meta twaqqfet il-Provinċja Agostinjana Maltija. Din it-taħdita saret fis-Sala tal-Iskola tas-Sorijiet Agostinjani fil-Gżira. Qabel it-taħdita is-seminaristi kellhom iċ-ċans jiltaqgħu u jitkellmu ftit mal-Kardinal.

Share it on