News

Jum ta’ talb għall-Vokazzjonijiet fiż-Żebbuġ

Nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju ġie organizzat jum ieħor ta’ talb għall-vokazzjonijiet.  Filgħodu sar il-programm tas-soltu fis-Seminarju.  Filgħaxija mbagħad, din id-darba mess lill-Parroċċa taż-Żebbuġ sabiex tospita lill-komunità għas-siegħa adorazzjoni animata.  L-ewwel parti ta’ din is-siegħa kienet immexxija mir-Rettur li għamel ħsieb marbut man-Novena tal-Ispirtu s-Santu, fil-kuntest tal-aħħar parti ta’ żmien il-Għid.  Hu għamel dan b’riferiment għal waħda mill-kitbiet ta’ Dun Mikiel Attard.  Fit-tieni parti xi seminaristi komplew l-adorazzjoni permezz tar-Rużarju, fil-kuntest tax-xahar ta’ Mejju.  Għalaqna l-Adorazzjoni permezz tal-Barka Sagramentali.  L-aħħar appuntament għal din is-sena se jinżamm nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju, fil-kappella tas-Seminarju.

Share it on