News

Jum ta’ talb għall-Vokazzjonijet fil-Qala

IMG_5699Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar ġie organizzat jum ta’ talb ieħor għall-vokazzjonijiet.  Filgħodu bdejna bil-programm tas-soltu fis-Seminarju.  Filgħaxija mbagħad, din id-darba mess lill-Parroċċa tal-Qala sabiex tospitana għas-siegħa adorazzjoni animata.  L-ewwel parti ta’ din is-siegħa kienet immexxija mir-Rettur li għamel ħsieb marbut ma’ dan iż-żmien qaddis tar-Randan b’riferiment għal waħda mill-kitbiet ta’ Dun Mikiel Attard.  Fit-tieni parti xi seminaristi komplew l-adorazzjoni permezz ta’ xi ħsibijiet marbuta mar-Randan u anke mat-tema tal-ħniena.  Għalaqna l-Adorazzjoni permezz tal-Barka Sagramentali.  L-appuntament għal Ħamis ieħor ta’ talb għall-vokazzjonijiet hu għal nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, filgħodu fil-kappella tas-Seminarju u fil-5.00pm fil-knisja tax-Xewkija.

 

Ritratti

Share it on