News

Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

IMG_3565Fir-Raba’ Ħadd tal-Għid, magħruf bħala Ħadd ir-Ragħaj it-Tajjeb, il-Knisja ta’ kull sena tistedinna sabiex nitolbu lil “Sid il-ħsad biex jibgħat aktar ħaddiema għall-ħsad tiegħu.”  Din is-sena Jum il-Vokazzjonijiet ġie ċċelebrat il-Ħadd 26 ta’ April 2015.

Is-Seminarju ta’ Għawdex organizza diversi attivitajiet sabiex joħloq aktar awareness vokazzjonali fid-djoċesi Għawdxija.  Il-Ħamis 23 ta’ April filgħaxija, il-komunità tas-Seminarju nġabret fil-knisja parrokkjali ta’ San Lawrenz għal Quddiesa, li mexxa r-Rettur Dun Tony Sciberras.  Fi tmiem il-Quddiesa s-seminaristi mexxew mument ta’ adorazzjoni b’talb għall-vokazzjonijiet.

IMG_3600Is-Sibt 25 ta’ April waranofsinhar l-abbatini kollha tad-djoċesi flimkien mal-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet ġew mistiedna s-Seminarju għal laqgħa li s-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw għalihom.  Fi tmiem il-laqgħa t-tfal u l-istudenti ngħataw snack u dawk kollha li xtaqu setgħu jipparteċipaw f’logħba futbol.

F’Jum il-Vokazzjonijiet, il-Ħadd 26 ta’ April, is-seminaristi, waqt li kienu fil-parroċċi assenjati lilhom, kellhom iċ-ċans jaqsmu l-esperjenza vokazzjonali tagħhom fil-ħin tal-priedka, waqt il-Quddiesa prinċipali.

 

Ritratti

i

 

Share it on