News

Joseph, Massimo u Mario Ordnati Saċerdoti

ordinazzjoni-pres-2Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Mejju, id-djakni Joseph Attard (Żebbuġ), Massimo Buttigieg (Katidral – Victoria) u Mario Curmi (Xagħra) ġew ordnati saċerdoti minn idejn Mons. Isqof Mario Grech waqt quddiesa fil-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria.  Numru sabiħ ta’ saċerdoti, il-membri tal-komunità tas-Seminarju, membri mill-komunitajiet parrokkjali taż-Żebbuġ, tal-Katidral u tax-Xagħra, flimkien ma’ diversi persuni oħra akkumpanjaw lil dawn ħutna f’dan il-mument tant importanti f’ħajjithom.  Bi tħejjija għal dawn il-mumenti qawwija l-Knisja ta’ Għawdex ġiet mistiedna biex il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, tinġabar fis-Seminarju biex tingħaqad mal-ordinandi u titlob flimkien magħhom.

Share it on