News

Jitħabbar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Action Plan for the promotion of priestly vocations in the Diocese of Gozo  (2)Nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru, Festa ta’ San Karlu Borromeo, Isqof u Protettur tas-Seminarji u fl-okkażjoni tal-147 sena mill-ftuħ tas-Seminarju, fis-Seminarju maġġuri ġiet organizzata laqgħa għas-Saċerdoti kollha tad-Djoċesi ta’ Għawdex, fejn fiha ġie imħabbar il-pjan ta’ ħidma b’risq il-Vokazzjonijiet Saċerdotali fid-Djoċesi Għawdxija.

Wara introduzzjoni minn Dun Michael Curmi, Viċi Rettur u Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, imbagħad ir-Rettur Dun Daniel Xerri spjega f’hiex jikkonsisti dan il-pjan. Fil-bidu tkellem dwar s-sejħa ta’ kull nisrani li jitlob u li jagħti attenzjoni speċjali lill-Vokazzjoni Saċerdotali. Dawn jinkludu fost l-oħrajn lill-ġenituri, l-għalliema, l-Kappillani u s-Saċerdoti. Imbagħad tkellem dwar il-ħidma li qiegħda sseħħ u li għandha sseħħ fil-Parroċċi speċjalment fost il-gruppi tal-abbatini u l-vokazzjonijiet. Fl-aħħar huwa semma l-ħidma li diġa qiegħdha ssir fid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll inizjattivi ġodda li ser jitwettqu favur il-ħidma vokazzjonali.

Fit-tmiem il-laqgħa kien hemm moment ta’ diskussjoni kif ukoll ħin għar-refreshments.

Tista’ tara dan id-dokument billi tagħfas fuq il-pdf hawn taħt.

Pjan ta’ ħidma għall-vokazzjonijiet saċerdotali

 

Ritratti

Share it on