Is-seminaristi temmew l-ewwel semestru għal din is-sena nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar. Tmiem ta’ perjodu ta’ studju jġib miegħu l-eżamijiet. Dawn saru bejn il-Ħamis 29 ta’ Jannar u s-Sibt 7 ta’ Frar. Fi tmiem l-eżamijiet il-komunità kellha jumejn ta’ mistrieħ f’Malta. B’dan il-mod kulħadd kien ippreparat biex jagħti bidu għat-tieni semestru ta’ studju, li beda nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar, l-għada tas-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.