Wara li għadda ż-żmien intensiv tal-eżamijet, bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta’ Frar, is-seminaristi għaddew xi jiem ta’ mistrieħ f’Malta. Dawn il-jiem minbarra li jgħinu sabiex is-seminaristi jistrieħu wara jiem ta’ studju u eżamijiet, jservu wkoll sabiex s-seminaristi jkomplu jikbru fil-fraternita’ ta’ bejniethom.
Matul dawn il-jiem ma jonqsux ukoll xi żjajjar ta’ nteress. Din is-sena l-komunita’ żaret fost l-oħrajn il-Power Station f’Delimara, fejn kellhom iċ-ċans li jiġu mdawwra mal-impjant u jsiru jafu xi ftit aktar dwar il-ħidma li sseħħ f’dan il-post. Huma żaru wkoll l-Akwarju Nazzjonali li jinsab fl-inħawi tal-Qawra.