News

Iż-żmien tar-Randan fis-Seminarju

Lent @ the Seminary (1)Iż-żmien tar-Randan hu żmien li fih il-Knisja tistedinna sabiex waqt li nħejju ruħna għall-ikbar festa tal-Knisja – l-Għid il-Kbir, nieqfu xi ftit mill-ġirja tal-ħajja u nirriflettu fuq l-andament tal-ħajja tagħna. Il-Knisja f’dan iż-żmien toffrilna tliet pilastri sabiex permezz tagħhom inkunu nistgħu ngħixu ż-żmien tar-Randan: it-talb u s-smiegħ tal-Kelma ta’ Alla; il-karita’ u s-sawm.

Anke fis-Seminarju, dan iż-żmien ikun wieħed partikulari, li jgħin lis-seminarista’ jidħol fih innifsu iktar mis-soltu sabiex jiltaqa miegħu nnifsu fid-dawl tar-relazzjoni tiegħu ma’ Kristu. Infatti it-Tlieta, 4 ta’ Marzu, propju lejlet Ras ir-Randan, fis-Seminarju saret l-introduzzjoni tar-Randan fejn fiha saret spjega tal-valuri li l-Knisja tippreżenta għar-Randan, kif ukoll ġie propost il-programm li s-seminaristi mistiedna jgħixu matul dan iż-żmien.

Lent @ the Seminary (13)Karatteristiċi ta’ dan il-programm hu s-sawm, mhux biss mill-ikel, imma anke billi s-seminaristi jkollhom mumenti fis-skiet il-bogħod mill-istorbju tad-dinja. Hemm ukoll enfasi fuq it-talb; kemm dak personali, imma wkoll dak komunitarju. Ma tonqosx ukoll il-karita’ li tinkludi fiha l-ġbir mis-seminaristi fil-parroċċi għas-Seminarju kif ukoll fl-għajnuna u l-ġbir ta’ fondi għal xi għan partikulari li din is-sena qed issir b’risq Angela House tas-sorijiet Ursolini.

 

Ritratti 

Share it on