News

It-Tħabbira tal-Avvent u l-Preżentazzjoni tal-Ikona tas-Sena

IMG_4876Mument sabiħ fis-Seminarju seħħ nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru.  Dakinhar saret it-tħabbira tal-Avvent Imqaddes u saret ukoll il-preżentazzjoni tal-ikona għal din is-sena ta’ formazzjoni. 

Waqt din iċ-ċelebrazzjoni, ir-Rettur, Dun Tony Sciberras qasam mal-komunità l-ħsieb tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena liturġika.  Ma naqasx ukoll il-kant Maranathà u innijiet oħra marbuta ma’ dan iż-żmien tal-Avvent.  B’differenza mis-soltu, din is-sena l-ikona nħadmet minn seminarista.  Daniel Mercieca ngħata dan l-impenn.  L-ikona hija kopja mpittra tal-logo uffiċċjali tal-Ġublew tal-Ħniena (l-orġinali sar mill-pittur famuż Fr Marko Ivan Rupnik).  Għalhekk filwaqt li ppreżenta l-ikona, Daniel spjega x’tifsira għandha.  L-ikona turi lil Ġesù Kristu jerfa’ fuq spallejh ruħ mitlufa raffigurata fil-persuna ta’ Adam.

Temmejna din iċ-ċelebrazzjoni bit-talba tar-rużarju.

 

Ritratti

 

Share it on