News

Isiru l-wegħdiet marbuta mal-Ordinazzjonijiet

Il-programm tas-Sibt 7 ta’ Mejju kien xi ftit differenti minn tas-soltu.  Il-komunità sebħet kmieni sabiex tagħmel il-pellegrinaġġ annwali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb.  L-atmosfera kalma ta’ filgħodu għenet sabiex il-komunità titlob it-talba tar-Rużarju, tant mixtieqa minn Marija.  Id-Direttur Spiritwali spjega li fil-kuntest tal-Ġublew tal-Ħniena dan il-pellegrinaġġ għandu jieħu dimensjoni ta’ pellegrinaġġ penitenzjali.

weghdietTul l-aħħar parti tal-mixja, ir-Rettur tas-Santwarju Dun Gerard Buhagiar, għamel ħsibijiet marbuta man-niċeċ li hemm tul it-triq li tagħti għas-Santwarju. Imbagħad sar id-dħul mill-Bieb Imqaddes u l-komunità nġabret fil-kappella tad-dehra u hemm ġiet iċċelebrata l-Quddiesa.  Wara l-Vanġelu, b’id waħda fuq il-Kelma ta’ Alla, quddiem ix-xbieha tal-Assunzjoni ta’ Marija u fil-preżenza tal-Ewkristija, is-seminaristi Michael Grima u Carl Scerri, u d-djakni Joseph Attard, Massimo Buttigieg u Mario Curmi, għamlu l-wegħdiet ta’ qabel l-Ordinazzjoni Djakonali u Presbiterali rispettivament

Id-djakni Joseph, Massimo u Mario se jiġu ordnati presbiteri fil-Katidral ta’ Għawdex nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju.  Is-seminaristi Michael Grima u Carl Scerri se jiġu ordnati djakni fl-istess Katidral nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju.

Share it on