Il-programm tas-Sibt 19 ta’ Mejju kien xi ftit differenti minn tas-soltu. Il-komunità sebħet kmieni sabiex tagħmel il-pellegrinaġġ annwali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, fl-Għarb. L-atmosfera kalma ta’ filgħodu għenet sabiex il-komunità titlob it-talba tar-Rużarju. X’ħin wasalna fis-Santwarju, l-komunità nġabret fil-kappella tad-dehra u hemm ġiet iċċelebrata l-Quddiesa. Wara l-Vanġelu, b’id waħda fuq il-Kelma ta’ Alla, quddiem ix-xbieha tal-Assunzjoni ta’ Marija u fil-preżenza tal-Ewkristija, id-djaknu Joseph Hili għamel il-wegħda taċ-ċelibat u l-professjoni tal-fidi, qabel l-Ordinazzjoni Presbiterali
Id-djaknu Joseph se jiġi ordnat presbiteru fil-Katidral ta’ Għawdex nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju.