News

Is-Seminaristi jiċċelebraw lil San Ġużepp fis-Seminarju

Ta’ kull sena, is-seminaristi jgħixu b’intensità l-liturġija nhar is-Solennità ta’ San Ġużepp fil-kappella tas-Seminarju.  L-Erbgħa 18 ta’ Marzu filgħaxija, is-seminaristi talbu r-rużarju ta’ San Ġużepp fil-kappella, li ġiet imżejna b’mod speċjali għal din l-okkażjoni.  L-għada filgħodu, imbagħad, Dun Michael Curmi ċċelebra l-Ewkaristija tal-Festa.  Wara t-tqarbin is-Seminarista Joseph Attard għamel ħsieb tal-okkażjoni.

Ritratti

Share it on