News

Ir-Randan fis-Seminarju

IMG_3495

Iż-żmien liturġiku tar-Randan, minnu nnifsu hu żmien li jitlob eżerċizzju fit-talb, fis-sawm u fil-karità.  Is-Seminarju, għal din is-sena wkoll, offra l-opportunitajiet kollha biex is-seminaristi, kemm fuq livell personali kif ukoll bħala komunità, ikunu jistgħu japprofittaw tajjeb minn dan iż-żmien.  Fil-programm żdiedu l-mumenti tat-talb, fosthom it-talba ta’ nofs il-jum, il-Via Sagra u l-Via Matris. It-Tlieta 20 ta’ Marzu saret ukoll ċelebrazzjoni penitenzjali għas-seminaristi.  L-Erbgħa 21 ta’ Marzu saret il-korrezzjoni fraterna u l-Via Sagra fuq l-Għolja t’Għammar. Din is-sena s-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw half day of recollection għall-istudenti tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù kif ukoll l-eżerċizzi għat-Tfal tal-Iskola Primarja tar-Rabat fil-Kulleġġ ta’ Għawdex. Kull nhar ta’ Ħamis, tul ir-Randan, is-seminaristi żaru wkoll l-eżerċizzi li kienu qegħdin jingħataw fil-parroċċi u fil-knejjes sabiex jiġbru l-offerta ġeneruża tal-poplu ta’ Alla għas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.  Fil-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa s-seminaristi kellhom l-irtir tagħhom u wara huma kellhom il-vaganzi.  Il-komunità rritornat fis-Seminarju nhar it-Tnejn 9 ta’ April 2018.

Ritratti

Share it on