News

Ir-Raba’ Ħamis b’talb għall-Vokazzjonijet, fil-Munxar

12607013_1711670252388957_1814344862_nNhar il-Ħamis 14 ta’ Jannar ġie organizzat ir-raba’ Ħamis b’talb għal iktar vokazzjonijiet.  Filgħodu bdejna bil-programm tas-soltu fis-Seminarju.  Fl-4.00pm ġiet fi tmiemha l-adorazzjoni u wara l-komunità żaret il-parroċċa tal-Munxar.  Hemm is-seminaristi flimkien mar-Rettur mexxew siegħa adorazzjoni għat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa.  Fl-ewwel parti tal-adorazzjoni r-Rettur tkellem ftit fuq il-Vanġelu tal-ġurnata b’riferiment għal waħda mill-prietki ta’ Dun Mikiel Attard.  Fit-tieni parti xi seminaristi għamlu ħsieb għat-tfal fuq l-episodju mill-Vanġelu meta Ġesù stieden lil Pietru jistad fil-fond.  Fi tmiem dan l-episodju Pietru ġie msejjaħ biex ikun sajjied tal-bnedmin.

L-appuntament li jmiss se jkun nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar fis-6.30pm, fil-Parroċċa tal-Qala.

Share it on