News

Ingħata bidu għall-ġimgħa vokazzjonali fil-Parroċċa tal-Qala

Vocational Week Qala  (5)Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru, wara diversi tħejjijiet, il-komunità tas-Seminarju tat bidu għall-esperjenza vokazzjonali ġewwa l-parroċċa tal-Qala. Din l-esperjenza li qed tiġi organizzata bejn il-15 u t-22 ta’ Novembru għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-vokazzjonijiet Saċerdotali waqt li jsir ukoll talb lil Alla sabiex ikompli jsejjaħ aktar vokazzjonijiet qaddisa, anke mill-Parroċċa tal-Qala, sabiex jaħdmu fil-għalqa tiegħu.

Din il-ġimgħa fetħet b’Quddiesa, immexxiha mir-Rettur flimkien mal-formators u mas-saċerdoti kollha tal-parroċċa. Iktar tard imbagħad, is-seminaristi ltaqgħu ma’ numru sabiħ ta’ adoloxxenti waqt laqgħa organizzata għalihom fiċ-ċentru parrokjali fejn trattaw temi vokazzjonali. Imbagħad is-Sibt, 16 ta’ Novembru, il-komunita’ tas-Seminarju mexxiet it-talba tar-rużarju fis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni, fejn kien hemm ukoll il-preżenza tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Vocational Week Qala  (11)Matul il-weekend, il-formators tqassmu u kienu preżenti fil-quddies prinċipali li sar fil-knisja parrokkjali.  Imbagħad it-Tnejn, 18 ta’ Novembru, is-seminaristi wara li ltaqgħu mal-istudenti fiċ-ċentri tad-duttrina taw bidu għall-erbat ijiem fejn skont programm iffissat minn qabel qed izuru id-djar u jiltaqgħu mal-familji li fihom jgħixu l-adoloxxenti. Waqt il-ħin tal-viżti l-formators ikunu fil-Knisja Parrokjali fejn imexxu ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

 

Ritratti

Share it on