News

Il-Wirja Mater Immacolta fis-Seminarju

Mater Immacolta exhibition (1)Nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru filgħaxija Mons. Isqof Mario Grech, ingħaqdu mal-komunità tas-Seminarju għall-ftuħ tal-wirja Redemptione li qed tittella’ fl-okkażjoni tal-festa tal-Kunċizzjoni ċċelebrata fit-8 ta’ Diċembru.  Din ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana tal-Arti Sagra f’kollaborazzjoni mas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù.

Fil-ftuħ tal-wirja Fr Daniel Xerri, ir-Rettur tas-Seminarju, wera l-aprezzament għax-xogħol li sar u kif għal darba oħra din il-wirja qed titella’ fis-sala tas-Seminarju. Huwa qal li f’dawn ix-xogħlijiet wieħed jista’ jimmedita fuq figura hekk importanti għalina – il-figura ta’ Marija.

Mater Immacolta exhibition (15)

Din il-wirja teħodna fuq misteru hekk kbir: it-tnissil mingħajr tebgħa ta’ Marija. Ir-rettur qal li dan ikompli jurina kemm hi importanti Marija fil-ħajaj tal-bniedem u għandha tkun il-mudell tagħna. Fl-aħħar Fr Daniel irringrazzja lil dawk li għenu bix din il-wirja setgħet tkun possibli fosthom l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju.

Imbagħad, Joe Camilleri għamel analiżi tal-biċċiet esibiti.  Mons. Isqof għalaq billi stqarr li l-arti tista’ tkun mezz tajjeb ħafna biex issir l-evanġelizzazzjoni waqt li rringrazzja lil kull min ħadem biex tittella din il-wirja.

Il-Wirja Mater Immacolta tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 8 ta’ Diċembru, festa tal-Kunċizzjoni.

Ritratti

Share it on