News

Il-velja ta’ talb bi tħejjija għall-ordinazzjoni djakonali u l-ordinazzjoni presbiterali

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju s-seminaristi lestew l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena u waranofsinhar bdew il-preparamenti għall-velja annwali ta’ talb li ssir bi tħejjija għall-ordinazzjoni li tkun l-għada. Il-velja saret fil-grawnd tal-iskola tas-Seminarju Minuri u bdiet fit-8pm. It-tema kienet ‘il-Verġni Marija – is-Sultana tas-Saċerdoti’. Flok l-ikona tpoġġiet pittura kkummissjonata minn Patri Elija ta’ Ġesù Msallab tal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi. Il-pittura, xogħol Manuel Farrugia, tirrappreżanta lill-Verġni Mbierka, mdawra mill-Profeta Elija u Santa Tereża ta’ Avila, figuri ċentrali tal-familja Tereżjana. Fil-velja, iż-żewġ ordinandi, Mario Mercieca għad-djakonat u Patri Elija għall-presbiterat, qasmu mal-ġemgħa t-talba tagħhom lil Alla lejlet l-ordinazzjoni. It-tieni parti tal-Velja kienet Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-għada, il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, l-ordinazzjoni djakonali u dik presbiterali saru fil-Katidral t’Għawdex fis-6.30pm.

Share it on