Il-manifestazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re din is-sena saret il-Ħadd 26 ta’ Novembru fir-Rotunda tax-Xewkija. Fl-omelija Mons. Mario Grech qal li jissuspetta li fost in-nies hemm min jaf il-morali, imma ma jaf la lil Alla u lanqas lil Ġesù Kristu – hemm min jidentifika l-morali ma’ Alla. L-Isqof Grech temm jgħid li se jitlob lill-Ispirtu s-Santu biex jagħti lill-poplu d-dawl biex jifhem aħjar kif jista’jxandar l-ferħ tal-Vanġelu lid-dinja ta’ dan iż-żmien.