News

Il-Manifestazzjoni ta’ Kristu Sultan

Ta’ kull sena, f’dawn l-aħħar snin, il-manifestazzjoni djoċesana fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Kristu Re kienet qed tibdel il-forma tagħha sabiex tiġi enfasizzata t-tema tas-sena.  Din is-sena, peress li qed tiġi fi tmiemha s-sena ddedikata lill-ħajja kkonsagrata, it-tema marbuta ma’ dan l-għan.  Għaldaqstant il-manifestazzjoni saret il-Ħadd 22 ta’ Novembru, fis-Santwarju Ta’ Pinu.  Għaliha kienu mistiedna b’mod speċjali s-saċerdoti, ir-reliġjużi, il-lajċi kkonsagrati u s-seminaristi.  Kien mument sabiħ fejn id-djoċesi, bl-għajnuna ta’ Mons. Isqof setgħet tapprezza l-ħidma b’risq il-ħajja kkonsagrata li qed issir fi ħdan il-Knisja Għawdxija.  Mons. Grech enfasizza l-fatt li lkoll kemm aħna għandna ngħożżu lill-erwieħ ikkonsagrati filwaqt li stieden biex dawn il-persuni jgħinu lill-bniedem jiddixxerni r-rieda ta’ Alla għalih.

Share it on