News

Il-Ġimgħa Mqaddsa

CruxifixNhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu ġiet iċċelebrata t-tifkira devozzjonali ta’ Marija Addolorata.  Waranofsinhar is-seminaristi kellhom l-opportunità li jmorru fil-parroċċi tagħhom biex jiċċelebraw din il-festa flimkien mal-komunitajiet tagħhom.

Nhar Ħadd il-Palm, 24 ta’ Marzu, wara li filgħodu s-seminaristi taw is-servizz tagħhom fil-Katidral, huma nġabru f’Dar Stella Maris, fiż-Żebbuġ, għall-irtir tagħhom.  Din is-sena l-irtir tmexxa minn Fr Martin Micallef OFM Cap.  Hu ħeġġeġ lis-seminaristi sabiex iħallu l-irtir ikun għalihom opportunità ta’ laqgħa mal-ħniena ta’ Alla u konsegwenzjalment mument ta’ konverżjoni.  L-irtir ġie fi tmiemu l-Erbgħa 27 ta’ Marzu permezz tal-ikel ta’ nofsinhar.

Wara l-irtir is-seminaristi ngħaqdu mal-familjari tagħhom għal ħmistax ta’ waqfa  u mistrieħ.  Fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat-Tridu Mqaddes tal-Għid huma taw is-servizz tagħhom fil-Katidral.  Is-seminaristi għandhom jirritornaw is-Seminarju nhar it-Tnejn 8 ta’ April.

Share it on