Nhar il-Ħamis 8 ta’ Diċembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Din il-festa għandha wkoll rabta mas-Seminarju, minħabba li l-Kappella tas-Seminarju għandha bħala titular tagħha l-Immakulata Kunċizzjoni.
L-Erbgħa filgħaxija, is-seminaristi taw is-servizz tagħhom fil-kant tal-Għasar fil-Katidral. Il-Ħamis filgħodu tlabna l-Uffiċċju tal-Qari u tkanta t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum fil-Kappella. Fit-8.00am is-seminaristi taw is-servizz tagħhom fil-Pontifikal fil-Katidral u fit-3.00pm saret it-talba tal-Akathistos. Din hi t-talba ta’ tifħir li l-Knisja ta’ Lvant tagħmel lil Marija Omm Alla.