News

Il-Festa ta’ San Ġużepp u l-Papa Franġisku

St Joseph statueHija drawwa sabiħa li fis-seminarju tagħna tiġi ċċelebrata bħala festa komunitarja s-solennità ta’ San Ġużepp, ħarries ta’ Ġesù u raġel ta’ Marija.  Barra minn dan, lejliet u nhar id-19 ta’ Marzu s-seminaristi taw s-servizz tagħhom fil-Katidral matul iċ-ċelebrazzjonijiet immexxija minn Mons. Isqof.

Fl-okkażjoni ta’ din il-festa wkoll, is-Sibt 16 ta’ Marzu, il-lecturers iltaqgħu fis-Seminarju għal laqgħa flimkien ma’ Mons. Isqof u wara ngħaqdu mal-komunità għall-ikel ta’ nofsinhar.

papa-francesco

 

Id-19 ta’ Marzu 2013 se jibqa’ mfakkar bħala l-bidu tal-ministeru Petrin tal-Papa Franġisku.  Tul il-ġranet tal-konklavi l-komunità tas-Seminarju ngħaqdet mal-Knisja fit-talb għall-għażla tal-papa l-ġdid.  Aħna segwejna b’attenzjoni ċ-ċerimonji u l-istennija ta’ din l-aħbar permezz tal-mezzi tat-televiżjoni u l-internet; speċjalment nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu filgħaxija, meta nġbarna flimkien quddiem it-televiżjoni biex nilqgħu lil Papa Franġisku.

Share it on