News

Il-bidu taż-żmien qaddis tar-Randan

IMG_8200Mument sabiħ fis-Seminarju kien it-Tlieta 13 ta’ Frar, lejliet Ras ir-Randan, meta saret it-tħabbira tar-Randan Imqaddes.

Fil-bidu ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li tmexxiet mir-Rettur, Dun Richard N. Farrugia, l-artal u l-ambone ġew imlibbsa għal dan iż-żmien liturġiku. Ir-Rettur għamel spjegazzjoni tas-silta tal-Vanġelu tal-Ewwel Ħadd tar-Randan (Mk 1, 12-15). Ma naqasx ukoll il-kant ta’ innijiet marbuta ma’ dan iż-żmien.  Wara, ir-Rettur indika xi tibdiliet fil-programm tal-komunità, li kellhom jieħdu posthom tul ir-Randan, biex ifakkruna li dan hu żmien speċjali.

Share it on