News

Il-Bidu ta’ Sena Liturġika ġdida

Il-komunità tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb Imqaddsa bdiet sena liturġika ġdida mal-bidu ta’ żmien l-Avvent.

Waqt iċ-ċerimonja liturġika fil-kappella tas-seminarju tagħna, inxtegħlet il-kuruna tal-Avvent u r-Rettur, Dun Richard N. Farrugia, qasam ma’ dawk preżenti riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-ewwel Ħadd tal-Avvent. Waqt din ir-riflessjoni, ir-Rettur issuġġerixxa modi kif aħna nistgħu ngħixu tassew dan iż-żmien liturġiku fuq livell individwali u anke bħala komunità.   Mod wieħed kif aħna, bħala komunità, qegħdin inħejju ruħna għat-twelid ta’ Kristu hu billi nattendu ta’ kuljum l-Uffizzju tal-Qari fis-6.10 ta’ filgħodu fil-Kappella.

Share it on