News

Il-152 Anniversarju mill-Ftuħ tas-Seminarju

L-4 ta’ Novembru 2018 jimmarka l-152 anniversarju minn meta s-Seminarju fetaħ il-bibien tiegħu.  Tul dawn is-snin, din il-binja laqgħet fiha bosta żgħażagħ li wieġbu għas-sejħa tal-Missier u aċċettaw li jimxu warajh. F’dan il-jum nitolbu ’l Alla biex ikompli jbierek lid-djoċesi tagħna b’aktar vokazzjonijiet qaddisa u jagħti l-għajnuna lis-saċerdoti kollha li ħarġu minn dan is-Seminarju biex ikomplu jaqdu l-missjoni tagħhom b’imħabba.

Fir-ritratt t’hawn taħt jidher kurċifiss li ilu snin twal f’waħda mill-kmamar tas-Seminarju u li dan l-aħħar intbagħat għar-restawr.  Issa li tlesta u reġa’ qiegħed lura fis-Seminarju, dan is-salib ġie mqiegħed fir-Refettorju. Dan sabiex f’dan il-post ċentrali, li fih għal tliet darbiet kuljum il-komunità tas-Seminarju tinġabar madwar il-mejda tal-ikel, din ix-xbieha sservi bħala eżempju ta’ kif ngħixu l-imħabba bejnietna.

Share it on