News

Id-Djaknu Daniel Sultana Ordnat Saċerdot

Vigil + Ordination  (4)Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, id-Djaknu Daniel Sultana, mill-parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, fix-Xagħra, ġie ordnat saċerdot minn idejn Mons. Isqof Mario Grech waqt quddiesa fil-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria. 

Numru sabiħ ta’ saċerdoti, il-membri tal-komunità tas-Seminarju, membri mill-komunità parrokkjali tax-Xagħra, flimkien ma’ diversi persuni oħra akkumpanjaw lil Daniel f’dan il-mument tant importanti għalih f’ħajtu.  Ħafna oħra segwew il-quddiesa permezz ta’ Radju Marija.

Bi tħejjija għal dawn il-mumenti qawwija l-Knisja ta’ Għawdex ġiet mistiedna biex il-Ħamis, 29 ta’ Mejju, tinġabar fis-Seminarju biex tingħaqad mal-ordinand u titlob flimkien miegħu. Din il-velja ta’ talb, li ġiet imxandra b’mod dirett fuq Radju Marija, kienet tikkonsisti f’żewġ mumenti partikulari.  Fl-ewwel mument ġiet iċċelebrata l-liturġija tal-Kelma, fejn wara l-qari ta’ siltiet mill-Iskrittura, r-Rettur tas-Seminarju spjegaha permezz tal-omelija.  Fi tmiem il-prietka ġie espost Ġesù Sagramentat għal ftit mumenti ta’ adorazzjoni.  Kien wasal imbagħad il-mument biex Daniel jitlob lill-Mulej jakkumpanjah fil-missjoni l-ġdida li afdalu f’idejh permezz tas-saċerdozju. 

Vigil + Ordination  (10)Wara il-Barka Sagramentali, Ġesù Ewkaristija ġie meħud imbagħad fil-kappella u baqa’ espost il-lejl kollu sabiex il-fidili setgħu jinġabru għat-talb personali.  Mons. Isqof Mario Grech għalaq il-Velja billi wassal il-messaġġ tiegħu tal-okkażjoni. 

 

 

Ritratti

Share it on