Nhar l-1 ta’ Mejju, il-komunità tas-Seminarju ċċelebrat il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li din is-sena kellha żjieda speċjali marbuta magħha. L-istatwa ta’ San Ġużepp reġgħet lura fil-kappella prinċipali tas-Seminarju wara xhur ta’ restawr minn Atelier del Restauro f’Malta
L-istatwa tal-kartapesta, xogħol Giuseppe Manzo, għaddiet minn process ta’ restawr li matulu ssewwew xi ħsarat u l-istatwa ħadet lura l-kuluri oriġinali tagħha. Membri u ristawraturi fi ħdan Atelier del Restaurokienu preżenti fil-kappella tas-Seminarju sabiex jaraw b’għajnejhom ir-ritorn tal-istatwa lejn il-post oriġinali tagħha.
Il-festa bdiet il-jum ta’ qabel biċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel għasar, u mbagħad kompliet l-għada biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u l-Liturġija tas-Sigħat. Is-Seminaristi gawdew ukoll minn jum vaganz li huma qattgħu flimkien.