News

Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re

15170885_640428182803136_7686722802396318811_nIl-manifestazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re din is-sena saret il-Ħadd 20 ta’ Novembru fir-Rotunda tax-Xewkija minħabba li t-temp ma ppermettiex li din issir kif kien ippjanat quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fil-Belt Victoria. Din saret ukoll fl-istess ġurnata li Papa Franġisku temm il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Waqt iċ-ċelebrazzjoni li saret madwar ix-xbieha ta’ Krsitu msallab, ġew irrkkontati diversi esperjenzi ta’ volontarjat li saru fis-sajf minn diversi gruppi. Fl-aħħar ta’ din iċ-ċelebrazzjoni Mons. Isqof fil-messaġġ tiegħu qal li Ġesù fuq is-salib huwa konferma ta’ x’kapaċi tagħmel soċjetà li ma tafx x’inhi l-ħniena. Hu saħaq li aħna għandna nkunu bnedmin li nagħrfu l-ħniena f’Ġesù fuq is-salib.

Ritratti

Share it on