News

Human Formation Weekend

It-tieni weekend ta’ Novembru, mis-Sibt 10 sal-Ħadd 11 ta’ Novembru, il-komunità tas-Seminarju attendiet għal jumejn ta’ formazzjoni umana mmexxija minn Dr Marlene Cauchi fid-dar tal-villeġġjatura tas-Sorijiet Sależjani f’Marsalforn.  F’dawn il-jumejn, Dr Cauchi mexxiet diversi talks dwar ir-relazzjonijiet, l-importanza tagħhom, u kif nibnu relazzjonijiet tajbin u b’saħħithom bejnietna u man-nies li niltaqgħu magħhom f’ħajjitna. Permezz ta’ diversi eżercizzji, is-seminaristi setgħu jibnu d-diskussjonijiet tagħhom fuq dak li josservaw fir-realtà.  Kellna wkoll xi mumenti ta’ talb flimkien.  Is-Sibt filgħaxija s-seminaristi ħarġu jieklu flimkien.

Share it on