News

Ħidma Volontarja f’Angela House

Voluntary Work (10)Nhar it-Tnejn, 31 ta’ Marzu, is-seminaristi ddedikaw nofs ta’ nhar ta’ ħidma volontarja f’Angela House, dar immexxija mis-sorijiet Ursolini li tilqa’ fiha tfal li minħabba raġunijiet diversi ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fid-dar mal-ġenituri tagħhom.

Qabel ma’ bdew il-ħidma, is-seminaristi ġew imdawwra mal-post fejn bħalissa qed isir diversi xogħol ta’ rinovament. Kellhom ukoll ċ-ċans li jidħlu fil-postijiet fein jgħixu t-tfal, fejn iltaqgħu ma’ xi tfal li jgħixu f’din id-dar. Setgħu jinnutaw il-ħidma li dawn is-sorijiet iwettqu b’tant imħabba u dedikazzjoni kif ukoll b’impenn u sagrifiċċju personali.

Matul dan in-nofs ta’ nhar, is-seminaristi għenu lil din il-komunita’ billi taw is-sehem tagħhom fit-tindif tal-ġnien.

Marbuta ma din id-dar ukoll, matul ir-Randan, is-seminaristi qed jiġbru fondi kemm minn fost il-komunita’ tas-Seminarju kif ukoll minn fost l-istudenti tal-Iskola tas-Seminarju Minuri b’risq din id-dar sabiex ikunu jistgħu jinxtraw xi monitors.

 

Ritratti

Share it on