News

Ħarġa Komunitarja f’Malta

Fl-1 ta’ Mejju, jum ta’ btala pubblika meta l-Knisja tiċċelebra lil San Ġużepp Ħaddiem, il-komunità tagħna għamlet mawra f’Malta.  Il-ġurnata bdiet bi żjara fid-Dar tal-Kleru, fejn ir-Rettur Dun Daniel Xerri ppresieda waqt konċelebrazzjoni mas-saċerdoti residenti f’dik id-dar.  Wara dan, kellna l-opportunità niltaqgħu ma’ diversi saċerdoti, fosthom uħud Għawdxin, li bil-ferħ qasmu magħna xi esperjenzi minn tagħhom u anke ħsibijiet u pariri.  Minn hemm, imbagħad, morna nżuru lil sħabna s-seminaristi tad-Djoċesi ta’ Malta fis-Seminarju Tal-Virtù, fejn konna mistednin għall-pranzu.

Ritratti

Share it on