News

Ġurnata ta’ Mistrieħ f’Malta…

Holiday in Malta (6)Ta’ kull sena, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, il-komunità tas-Seminarju flimkien mal-formators, jieħdu ġurnata ta’ mistrieħ f’Malta.  Hekk sar ukoll din is-sena, nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju.

L-ewwel tlajna l-Belt Valletta u żorna l-Prokatidral Anglikan ta’ San Pawl.  Din iż-żjara saret frott l-istedina tal-Kanċillier Rev. Can. Simon Godfrey, li f’Jannar li għadda ta lecture lis-seminaristi Għawdxin fuq il-Knisja Anglikana.  Il-Kanċillier laqagħna tajjeb ħafna u fissrilna l-istorja tal-Prokatidral u tal-Anglikaniżmu f’Malta.

Holiday in Malta (8)F’nofsinhar żorna s-Seminarju Tal-Virtù u hemm il-komunità tas-Seminarju tal-Arċidjoċesi laqgħetna għall-ikel.  Fi tmiem l-ikel iċċelebrajna l-Ewkaristija fil-kappella ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb, fis-Seminarju.  Fil-quddiesa ngħaqadna fit-talb mal-komunità parrokkjali taż-Żejtun li kienet qed tiċċelebra l-funeral tal-Arċipriet tagħha, Dun Eric Overend.

 

Ritratti

Share it on