Bejn il-Ħadd, 9 u l-Ġimgħa 14 ta’ Marzu , il-komunita’ tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa tax-Xewkija, iddedikata lil San Ġwann il-Battista. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet.
Il-Ġimgħa il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddies ta’ filgħaxija fil-knisja parrokjali fejn is-seminarista Andrew Grima qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu.
Imbagħad, s-seminaristi ltaqgħu mal-adoloxxenti li jattendu l-Mużew fejn qasmu magħhom riflessjonijiet fuq is-sejħa li Alla għandu għal kull wieħed minna.
Ritratti