Bejn il-Ħadd, 27 t’Ottubru u l-Ġimgħa l-1 ta’ Novembru, il-komunita’ tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa tal-Fontana, iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu’. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet.
F’din l-esperjenza, s-seminaristi ltaqgħu mat-tfal tad-duttrina fejn qasmu magħhom riflessjonijiet fuq is-sejħa li Alla għandu għal kull wieħed minna.
Il-Ħamis imbagħad, il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddies ta’ filgħaxija fil-knisja parrokjali fejn is-seminarista Mario Mercieca qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu. Wara l-Quddiesa imbagħad ġiet organizzata nofs siegħa adorazzjoni.