News

Ġimgħa ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet fil-Parroċċa ta’ Sannat

Vocational Week Sannat (15)Bejn il-Ħadd, 3 u l-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, il-komunita’ tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa ta’ Sannat, iddedikata lil Santa Mergerita. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet.

Il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, is-seminaristi mexxew nofs siegħa adorazzjoni b’talb għall-vokazzjonijiet fil-knisja parrokkjali.

Imbagħad l-għada l-Ġimgħa il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddies ta’ filgħaxija fil-knisja parrokjali fejn is-seminarista Daniel Mercieca qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu.  Waqt din il-quddiesa kien hemm parteċipazzjoni sabieħa mill-istudenti li jattendu s-soċjeta’ tal-MUSEUM hekk kif f’dan il-jum kienet qed tiġi ċċerlebrata l-festa ta’ San Ġorġ Preca.

 

Ritratti

Share it on