Bejn it-Tnejn 19 u l-Ġimgħa 23 ta’ Jannar il-Knisja ċċelebrat il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda bejn l-Insara. Il-komunità tas-Seminarju organizzat diversi mumenti ta’ talb biex titqajjem awareness fost is-seminaristi fuq it-tema tal-ekumeniżmu. Is-seminaristi pparteċipaw ukoll fis-servizz ekumeniku li jiġi organizzat ta’ kull sena fil-knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat.