News

Ġimgħa Missjunarja

Il-komunità tas-Seminarju ingħaqdet mal-Knisja fit-tħejjija għall-Jum Missjunarju.  Dan għamlitu permezz ta’ ġimgħa ta’ attivitajiet bejn it-Tnejn 15 u l-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2012, bit-tema: “Aqdu lil xulxin fl-imħabba” (Gal 5,14).  Ta’ kuljum sar talb għall-Knisja ta’ kull kontinent partikulari.  Il-Ħamis 18 ta’ Ottubru l-Grupp Missjunarju organizza laqgħa lill-istudenti tas-Seminarju Minuri li trattat il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda u l-missjoni fil-Guatemala.  L-għada filgħodu Mons. Ġorġ Grima ngħaqad mal-komunità għall-ewkaristija.  Tulha hu qasam l-esperjenza tiegħu fil-missjoni.  Hu stqarr li hi biss il-fidi f’Ġesù Kristu li żżomm lill-missjunarju sod, mimli kuraġġ u tama u ffukat fil-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni li hu msejjaħ li jwettaq.  Dan jgħodd għal kull Nisrani: il-lajk, il-ministru ordnat, imma b’mod speċjali għall-missjunarju.

Ritratti

Share it on