News

Għeluq is-Sena ta’ Formazzjoni 2011-2012

Wara li fil-15 ta’ Ġunju ġew fi tmiemhom l-eżamijiet tat-tieni semestru, is-seminaristi nġabru għal tlitt ijiem oħra li fihom għalqu s-sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju.  Nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju saret Revision de Vie li tmexxiet mid-Direttur Spiritwali Dun Joseph Farrugia, u t-Tlieta saret evalwazzjoni ta’ tmiem it-term u wara barbeque f’Marsalforn.  Is-sena ġiet fi tmiemha nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju, meta saret Quddiesa mmexxija minn Mons. Isqof Mario Grech li għaliha kienu mistednin il-familjari tas-seminaristi u d-Dami tas-Seminarju.

Ritratti

Share it on